Regolament tal-kompetizzjoni

Artikolu 1: It-tema tal-kompetizzjoni

Id-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea qiegħed jorganizza kompetizzjoni Ewropea bl-isem “L-20 Anniversarju tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal”. L-islogan tal-kompetizzjoni huwa “Pinġili dritt tiegћek!”. Gћalhekk, il-poster gћandu juri dritt kopert mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal. It-tim li jkun qiegħed jieћu sehem gћandu jispjega, fil-formola ta’ preżentazzjoni tax-xogћol, ir-raġuni gћala jkun gћażel dak id-dritt speċifiku gћall-poster u liema messaġġ qiegħed jipprova jwassal bil-poster tiegћu.

F’Malta, il-koordinazzjoni tal-kompetizzjoni sejra ssir f’kooperazzjoni mal-Uffiċċju tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea taћt ir-responsabbiltà tal-koordinatur nazzjonali:

National Student Travel Foundation
Mariella Pia Tabone
220, Saint Paul Street
Valletta VLT 1217
MALTA
Tel: 25588241
Fax: 25588200
Email: malta@eurozghazagh.eu

Artikolu 2: Min jista’ jipparteċipa?

2.1. Jistgћu jieћdu sehem iż-żgћażagћ kollha li jgħixu f’xi wieħed mis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, fi gruppi ta’ età: 10-14 u 15-18.

2.2. Persuni li jaћdmu fl-istituzzjonijiet tal-UE u l-familji tagћhom, kif ukoll persuni li jaћdmu fil-Konsorzju TiPiK u l-familji tagћhom ma jistgћux jieћdu sehem fil-kompetizzjoni.

Artikolu 3: Kif tipparteċipa?

Il-kandidati huma mitlubin jiffurmaw timijiet ta’ mill-inqas erba’ żgћażagћ u adult wieћed li jkun responsabbli mit-tim matul il-proġett kollu, inkluż fl-ivvjaġġar lejn iċ-ċerimonji tal-gћoti tal-premjijiet. M’hemmx limitu massimu gћan-numru ta’ żgћażagћ f’kull tim. Madankollu, huwa rrakkomandat ћafna li l-adulti responsabbli mis-superviżjoni jiffurmaw bosta timijiet (jekk possibbli ta’ erbgћa) milli jiffurmaw grupp wieћed kbir. B’dan il-mod, kull parteċipant iћossu attiv u jibbenefika ћafna aktar mill-esperjenza. F’dan il-każ, trid timtela formola ta’ reġistrazzjoni gћal kull tim, iżda adult wieћed jista’ jkun responsabbli gћal numru ta’ timijiet. Gћat-timijiet rebbieћa, il-Kummissjoni tkopri l-ispejjeż gћal matul iċ-ċerimonja nazzjonali jew Ewropea tal-gћoti tal-premjijiet gћal erba’ żgћażagћ u għal adult li jakkumpanjahom (ara l-Artikoli 6 u 7).

Il-formola ta’ reġistrazzjoni gћandha timtela u tintbagћat online. Gћalkemm m’hemmx limitu ta’ żmien gћal dan, huwa rrakkomandat li l-adulti responsabbli mis-superviżjoni jagћmlu dan kemm jista’ jkun malajr, biex ikunu jistgћu jirċievu kull informazzjoni ġdida li tkun ta’ importanza gћall-kompetizzjoni.

Il-poster u l-formola ta’ preżentazzjoni tax-xogћol gћandhom ikunu ffirmati, issiġillati u kkunsinnjati fil-bini tal-koordinatur nazzjonali " National Student Travel Foundation " sa mhux aktar tard mill-Ġimgћa, 19 ta’ Marzu 2010. Huwa rrakkomandat ћafna li jintbagћtu lill-koordinatur nazzjonali kmieni kemm jista’ jkun biex ikun żgurat li jaslu gћand " National Student Travel Foundation " sa mhux aktar tard mill-Ġimgћa, 19 ta’ Marzu 2010. Id-data tal-wasla tagħhom tgћodd, u mhux id-data ta’ meta jintbagћtu. Il-poster u l-formola ta’ preżentazzjoni tax-xogћol jistgћu jitwasslu anke personalment.

Il-parteċipanti gћandhom iżommu kopja tad-dokumenti li jibagћtu.

Artikolu 4: Xi jrid jiġi prodott?

Il-parteċipanti huma mitlubin joћolqu poster li juri wieћed mid-drittijiet iddikjarati fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal.
Japplikaw ir-regoli li ġejjin:

  • Format tal-Poster: Karta A2 (42X59 ċm). Il-poster m’gћandux jintlewa, gћaliex jista’ jkun li jintuża fil-futur (gћandu jintbagћat f’xi pakkett forma ta’ tubu jew f’kartonċina kbira);
  • Il-forma deskrittiva għax-xogћol preżentat gћandha tkun inkluża wkoll.

NB: Kull tim jista’ jћejji u jippreżenta aktar minn poster wieћed jekk ikun jixtieq li jagħmel dan.

Artikolu 5: Drittijiet tal-Awtur

Ix-xogħol finali jrid jiġi prodott għall-iskop uniku tal-kompetizzjoni. Jista’ jinħoloq bl-użu ta’ elementi materjali (immaġni, testi, eċċ.) prodotti mill-parteċipant speċifikament għall-kompetizzjoni, jew permezz ta’ taħlita jew l-użu ta’ elementi li diġà jeżistu u li huma ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Fil-każ tal-aħħar, il-parteċipant responsabbli mit-tim għandu jiżgura li din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata.

Il-parteċipanti għandhom ikunu responsabbli għal kollox għax-xogħlijiet tagħhom u għandhom jaqblu li jitrasferixxu x-xogħol kif ukoll id-drittijiet ta’ distribuzzjoni u ta’ riproduzzjoni lill-Kummissjoni Ewropea mingħajr ħlas. Il-Kummissjoni Ewropea għalhekk tkun intitolata li tuża, tirriproduċi, taddatta, tippubblika u tqassam ix-xogħlijiet fid-diskrezzjoni totali tagħha. Ix-xogħlijiet ma jerġgħux jintraddu lura.

Artikolu 6: L-għażla tar-rebbieħa u l-għoti tal-premjijiet f’livell nazzjonali

Ix-xogħlijiet sejrin jintgħażlu minn ġurija magħmula minn diversi persuni, pereżempju, rappreżentant tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà, rappreżentant mill-Uffiċċju ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea, rappreżentant ta’ ministeru nazzjonali bħall-Ġustizzja, l-Edukazzjoni, l-Affarijiet Ewropej jew iż-Żgħażagħ, espert tal-komunikazzjoni, artista tal-grafika, illustratur, żagħżugħ/a involut/a attivament f’organizzazzjoni taż-żgħażagħ, eċċ.

Ir-rebbieħa sejrin jintgħażlu skont il-kriterji li ġejjin: iċ-ċarezza tal-messaġġ; il-kwalità tal-grafika; l-oriġinalità tax-xogħol u l-effett preżunt fuq l-udjenza.

Ir-rebbieћa nazzjonali kollha sejrin ikunu mistiedna biex jattendu gћaċ-ċerimonja tal-gћoti tal-premjijiet fil-belt kapitali f’ġurnata matul il-ġimgћa li tibda fl-10 ta’ April 2010 (id-data eżatta għad trid tiġi kkonfermata mir-Rappreżentanza tal-KE aktar ’il quddiem).

Il-vjaġġ u l-akkomodazzjoni sejrin jiġu provduti mill-Kummissjoni Ewropea gћal erba’ żgћażagћ u għal adult li jkun qiegħed jakkompanjhom tat-tliet timijiet rebbieћa minn kull grupp ta’ età, jiġifieri l-grupp tal-10 sal-14-il sena u l-grupp tal-15 sa 18-il sena.

Il-posters tar-rebbieħa nazzjonali sejrin jintwerew fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea, fl-Istat Membru kkonċernat u fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà.

Artikolu 7: L-għażla tar-rebbieħa u l-għoti tal-premjijiet fil-livell Ewropew

Ix-xogħlijiet li jirbħu l-ewwel premjijiet nazzjonali sejrin jiġu ġġudikati għat-tieni darba minn ġurija magħmula minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u minn persuni oħrajn, bħal għalliem, espert tal-komunikazzjoni, artista tal-grafika, illustratur, żagħżugħ/a involut/a attivament f’organizzazzjoni taż-żgħażagħ, eċċ.

It-tliet timijiet rebbieћa f’kull kategorija ta’ età, jiġifieri sitt timijiet b’kollox, sejrin jiġu mistiedna gћal żjara fi Brussell mis-Sibt, 8 ta’ Mejju sat-Tnejn, 10 ta’ Mejju 2010, biex jiskopru dak kollu li toffri l-belt, inklużi l-istituzzjonijiet Ewropej, u sabiex jattendu għaċ-ċerimonja tal-għoti ta’ premjijiet. Għal kull wieħed minn dawn is-sitt timijiet, il-vjaġġ u l-akkomodazzjoni sejrin jiġu provduti mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-posters tar-rebbieћa Ewropej jistgћu jintużaw fil-futur f’kampanji Ewropej fuq id-drittijiet tat-tfal.

Artikolu 8: Responsabbiltà

L-organizzaturi ma jistgħux jinżammu responsabbli għall-kanċellazzjoni, posponiment jew modifikazzjoni tal-Kompetizzjoni minħabba ċirkostanzi mhux previsti, lanqas ma jistgħu jinżammu responsabbli għal kwalunkwe serq, telf, dewmien jew ħsara matul it-trasport tal-posters. Barra minn hekk, id-dati msemmija fl-Artikoli 3, 6 u 7 jistgħu jinbidlu minħabba raġunijiet ta’ organizzazzjoni jew ċirkostanzi mhux previsti. F’dawn il-każijiet, il-parteċipanti jiġu mgħarrfa malajr kemm jista’ jkun (għalhekk jeħtieġ li r-reġistrazzjoni ssir malajr kemm jista’ jkun).

Artikolu 9: L-aċċettazzjoni tar-regoli

Il-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni għandha timplika l-aċċettazzjoni totali ta’ dawn ir-regoli.

Artikolu 10: Protezzjoni tad-data

Din hija nota importanti dwar il-protezzjoni tad-data.